PELLEGRINAGG MARJAN
F’JUM ID-DULURI TA’ MARIJA
IL-GIMGHA 3 ta’April 2009
Tibda l-Gimgha ta’ Sagrificcju - Naghmlu xi att ta’ Penitenza

Filghodu Quddies bhal matul il-gimgha
Servizz ta' Qrar waqt il-Quddies
4.00pm Qrar
5.00pm Quddiesa
6.00pm PELLEGRINAGG MARJAN bix-Xbieha ta’ Marija Addolorata li jghaddi mill-Pjazza; Vjal il-Knisja; Triq il-Fuhhar;
Triq Guze’ D’Amato; Pjazza
7.15pm Quddiesa
"IEQFU U ARAW JEKK HEMMX DULUR IEĦOR BĦAL TAGĦHA!"
L-'IVA" DIFFIĊĊLI Tal-MADONNA
Fl-iskrittura Mqaddsa ta' l-antik testment, insibu ħafna profeziji li jgħidulna bl-eżatt l-avvenimenti li kellu jiltaqa' magħhom Ġesù fil-ħajja Tiegħu. Dan huwa każ eċċezzjonali u singulari li l-ħajja ta' Ġesù ġiet miktuba qabel ma seħħet.
Nagħtu daqqa t'għajn ħafifa lejn l-ewwel parti ta' l-Iskrittura li titkellem fuq it-tbatija ta' Kristu mit-twelid sal-mewt Tiegħu.
Fil-ktieb tal-Profeta Ġeremija (31:15) insibu din il-profezija: "Instama leħen f'Rama ta' biki u xhir ta' Rakel tibki 'l uliedha u ma riedetx tistabar, għax m'humiex". Din il-profezija, li nsibuha mseħħa fl-Evanġelju ta' San Mattew (
IL-PASSJONI
Profeziji oħrajn jiddeskrivulna l-Passjoni u l-Mewt ta' Kristu. Fis-Salm (17: 5-7) insibu: "Ġejt imdawwar mid-duluri tal-mewt; ġejt imdawwar mid-duluri tal-infern u fid-dwejjaq tiegħi sejjaħt lill-Mulej". Il-Profeta ma kienx qiegħed jirreferi għal ħaġ'oħra ħlief għal dak li nsibu f'San Mattew (26: 37-42), jiġifieri l-agunija ħarxa u l-għaraq tad-demm.
"Anki l-ħabib tiegħi, li kont nafda fih, li
Isaia jkompli jgħidilna dak li kellu jgħaddi
jsawtuni u ħaddejja lil dawk li bdew iqattgħuli l-leħja; ma ħbejtx wiċċi
Il-kundanna finali mbagħad kellha tkun is-Salib: "Nifduli idejja u riġlejja" (Ps
Kollox kien imħabbar, anke d-data tal-mewt Tiegħu: "Sebgħin ġimgħa huma mqassrin fuq il-poplu tiegħek u fuq il-Belt imqaddsa tiegħek biex it-trasgressjoni tispiċċa darba għal dejjem id-dnub u sabiex jispiċċa l-ħażen u tinġieb ġustizzja bla tarf u jitwettqu l-profeziji u l-Qaddis tal-Qaddisin ikun midluk." (Dan 9: 24) Sebgħin ġimgħa ta' snin, jiġifieri 70 għal 7 darbiet; 490 sena kien fadal sabiex Ġesù jibda l-ħajja pubblika Tiegħu.
MARIJA TAĊĊETTA
Mela, sa
Alla bagħat ikellem lill-bniedem permezz ta' l-Anġlu u issa huwa l-bniedem li jrid jagħti risposta lil Alla. Kollox f'idejn Marija. Hija trid tagħti d-deċiżżjoni. Wieħed mill-iżjed mumenti serji fl-istorja ta' l-umanita'. L'Anġlu jistenna u Marija, fil-waqt li terħi ruħha fil-volonta' t'Alla tgħid: "Hawn hi l-Qaddejja tal-Mulej. Ikun minni skond kelmtek"... Iva, naċċetta..
Marija poġġiet hawnhekk l-ewwel ġebla tar-Redenzjoni.
Bħal ommijiet oħrajn, Marija kienet ferħana li kien ser ikollha tarbija... u x'Tarbija! Iżda duluri mmensi kienet tħoss meta tiftakar f'dak li kellu jgħaddi minnu.
ĠESÚ KIBER
...u beda jippriedka. Ħafna kienu dawk li ma emmnux fih u li kienu jgħajjruh. Marija kienet tirċievi l-aħbarijiet kollha fost tant niket. U fl-aħħar... Ġesù ġie maqbud, imsawwat u kkundannat għal mewt. Tmur biex
Fuq il-Golgota Marija qagħdet tassisti. Riedet taqsam miegħu t-tbatijiet kollha u għalhekk baqgħet ħdejn is-Salib sa l-aħħarnett.
Meta niżżlu l-Ġisem mejjet ta' Ġesù, l-iben għażiż tagħHa fi ħdanha, hija bdiet iġġib quddiem għajnejha dawk iż-żmienijiet li fihom kienet iżżommu f'ħoġorha u tieħu gost tmiss dak il-wiċċ delikat Tiegħu, iżda issa qed taraħ kollu demm u daqqiet. Liema Omm kapaċi żżomm f'ħoġorha il-ġisem mejjet ta’ l-iben tagħha? Imbagħad iżjed u iżjed f'dik is-sura li fiha kien jinsab Ġesù?
IL-MADONNA U AĦNA
Minn fuq is-Salib, Gesu' tana lil Madonna bħala Ommna. Mela l-Madonna hija Ommna u aħna, bħala uliedha, għandna naqsmu mad-duluri tagħha u għandna nfarrġuha billi nżommu dejjem ġo fina dak li Hi tant uriet: l-Imħabba.
Għalhekk riedet issofri l-Madonna, biex tkun parti mis-sofferenzi ta’ Kristu u tgħin fil-fidwa tagħna u jekk aħna nikkoperaw mall-grazzja u naħdmu u ngħinu, aħna wkoll nippartecipaw fil-missjoni kbira tal-Fidwa
Bl-"Iva" ta’ Marija lill-Anġlu aħna ġejna salvati u bl-"iva" tagħna lil Kristu, ngħinu aktar fis-salvazzjoni tagħna u ta' ħaddieħor. L-"Iva" ta Marija fetħet it-triq tar-Redenzjoni.
Innu f’ġieħ Marija Imnikkta

L-innu Stabat Mater inkiteb fiż-Żminijiet tan-Nofs u ħa ismu mill-ewwel żewġ ta’ l-ewwel strofa. Lejn it-tmiem tas-seklu erbatax dan l-innu kien diġà sar magħruf ma’ l-Ewropa kollha. Fis-seklu ta’ wara l-innu sab postu f’ħafna kotba liturġiċi ta’ ħafna djoċesijiet kemm fl-Italja u kemm fil-pajjiżi ta’ l-Ewropa. Infatti l-innu daħal fil-Missal Ruman u fil-Brevjar fl-1727 bħala sekwenza għall-festa tas-Seba’ Duluri tal-Verġni Mbierka Marija. Din il-festa kienet tkun iċċelebrata nhar il-Ġimgha ta’ qabel il-Ġimgha l-Kbira, kif għadha d-devozzjoni fostna l-Maltin sallum. Wara t-tiġdid liturġiku li sar mill-Papa Piju XII dan l-innu sab postu fil-Liturġija ta’ nhar il-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri li l-Knisja kollha tiċċelebra kull sena nhar il-15 ta’ Settembru. Dan l-innu, barra li jinqara bħala sekwenza waqt il-Quddiesa, jintuża wkoll fi tliet taqsimiet bħala l-innu ta’ l-Uffiċċju tal-Qari, tat-Talb ta’ Sbiħ il-Jum u tal-Għasar fl-uffiċċju ta’ l-istess festa. L-innu Stabat Mater jintuża wkoll bħala kant bejn l-istazzjonijiet tal-Vija Sagra, li ssir f’ħafna knejjes matul il-ġimghat tar-Randan.