Il-Gimgha L-Kbira f'Rahal Gdid

  Minbarra l-vari li ssemmew fil-purcissjoni jiehdu sehem ghadd ta'tfal b'iskrizzjonijiet u simboli tal-passjoni ,kif ukoll diversi persunaggi.Xi whud jirrapprezentaw persunaggi mit-testment il-qadin ,bhal Noe ,Abraham , Melkisedek , Gakobb ,Guzeppi mibjugh min hutu mal-merkanti , ir-re David ,Mose u Arrone ,Gozwe  u Kaleb u ghadd ta'Profeti bhal Gona ,Mikeia ,Izaija ,Ezekjel ,Daniel Geremija u Elija .

            

Ohrajn jirrapprezentuw nies li hadu sehem dirett fil-passjoni bhal - L-Appostli  ,Annas u Kajfas , Guda ma sett ta suldati Lhud whud minhom bit-torci , Barabass ,Pilatu  ma kwantita ta Suldati rumani whud minhom bil-Medaljuni , Xmun min Cirene , il-veronika ma ghadd ma nisa ta Gerusalem ,iz-zewg hallelin mas-suldati rumani,Apparti min dawn il-persunaggi jiehu sehem ukoll Gwanni l-Battista , is-Sinedriju , qaddejja ta 'Erodi kif ukoll qaddejja ta Pilatu ,Guzeppi minn Arimatea , Nikodemu kif ukoll ghadd ta suldati Rumani li jammonta ghal madwar 60 kostum li minhom jimxu quddiem ir-redentur kif ukoll quddiem il-vara l-Kbira.

        

        

   

  L-ilbies tal-persunaggi m'huweix ta'lussu li jista jinhass barra minn postu f'okkazjoni bhal,din ,imma l-istess hin ghandhom dak kollu rikjest biex mhux biss inkunu prezentabbli imma wkoll jghollu l-livell tal-purcissjoni.Is-Sett tar-rumani ta quddiem il-vara l-kbira huma fuq stil wiehed ,inkluz il-kapep tal-bellus.l-ilbies tat-tfal ivarjaw minn sett ghal-iehor.

   

    Uhud mill-ilbies biblici huma projeta privata li l-proprjetarju taghhom hu marbut li jintlibsu fil-purcissjoni tal-parrocca min sena ghal-ohra.Hemm numru kbir ta l-ilbies tal-parrocca li jintlibsu min -nies li jhallsu xi haga biex il-flus li jidhlu jmorru ghat-twiswijiet u l-ispejjez li jinqalghu  biex tigi organizzata l-purcissjoni.

 

Minn sena ghal sena l-purcissjoni taghna dejem baqghet tikber.Din qed ukoll issir il-mira ta hafna turisti u Maltin.It-total ta 'nies li jippartecipaw fil-purcissjoni taghna jammonta ghal madwar 550 ruh.Dan ghalina hu ta sodisfazzjon kbir ghax juri l-interess tal-poplu Pawlisti lejn dawn il-festi.