Il-Gimgha L-Kbira f'Rahal Gdid

HAMIS IX-XIRKA 2007
                        

 

 

 

 

 

HAMIS IX-XIRKA

Tifkira tat-Twaqqif tas-Sacerdozju u l-Ewkaristija

Filghodu ma jkunx hawn Quddies fil-Parrocca

9.30am             Konkatidral ta’ San Gwann, Valletta - Quddiesa tal-Grizma immexxija minn Mons Arcisqof

    6.30pm             Koncelebrazzjoni Solenni li fiha wara l-Omelija ssir ic-cerimonja tal- Hasil Riglejn l-Appostli.  

                             Kif tintemm il-Quddiesa ssir il-Purcissjoni bis-Santissmu Sagrament sa l-Artal tar-Repozizzjoni

8.15 u 9.15pm   Vizti Organizzati lill-Altar tar-Repozizzjoni              11.00pm          Adorazzjoni Komunitarja

 

 

                        Naghmlu hilitna biex niehdu sehem u nghaddu ftit  hin ma’ Gesu’

 

 

 
Hamis ix-Xirka jfakkar fl-Istituzzjoni ta' l-Ewkaristija Mqaddsa, l-isbah tifkira li seta' jhallilna Kristu meta hallielna lilu nnifsu.  Din il-gurnata kienet ghaziza hafna specjalment mis-seklu IV 'l hawn meta fis-Sinodu ta' Laodicea (can 50) gie mnehhi s-sawm.  Fil-funzjonijiet insibu ghaqda poetika ta' ferh kbir u dulur immens.  Ferh ghall-istituzzjoni tal-Misteru Ewkaristiku u dulur ghall-Passjoni Divina li ser tibda dalwaqt.
 
Fl-ewwel zmienijiet tal-Knisja, bhal-lum kienu jitqaddsu tliet Quddisiet.  L-ewwel wahda ghall-midinbin, it-tieni ghall-konsagrazzjoni taz-zjut u l-ohra ghat-Tqarbina tal-Ghid.  Meta giet imnehhija l-penitenza pubblika, thalliet barra l-ewwel quddies u l-konsagrazzjoni taz-zjut giet imhollija ghat-tielet Quddiesa, l-unika wahda li hemm fir-rit attwali.
 
Il-kulur tal--paramenti tal-Quddiesa huwa abjad ghaliex il-lum mhux biss sejra ssir it-tifkira, izda sejjer jigi maghmul dak stess li ghamel Kristu 1966 sena ilu.
 
Sal Gloria, l-quddiesa hija kollha ta' ferh.  Jindaqq l-orgni u fil-Gloria anke l-qniepen.  Izda wara, dawn jisktu u jibqghu siekta sal-quddiesa vigilari tal-Ghid biex ihabbrulna li Kristu rxoxta.  Flok il-qniepen tindaqq ic-cuqlajta, imsejha mill-Griegi: "agia zula", jigifieri l-injam imqaddes.
 
IL-QUDDIESA
 
Is-Salm Judica me Deus ma' jintaghadx illum u c-celebrant jibda mill-Confiteor.  Jitla' l-artal, ibusu, jincensah u jaqra l-Introjtu u l-Kyrie.  Wara l-Kyrie jintona solennement il-Gloria.  L-introjtu jkanta l-glorji tas-Salib, li huwa s-salvazzjoni taghna, il-hajja u l-qawma taghna; is-Sagrificcju Ewkaristiku mhuwiex haga ohra hlief is-sagrificcju tas-Salib.
 
L-Evangelju jfakkarna t-tliet lezzjonijiet li Gesu' ta lill-Appostli meta haslilhom saqajhom: lezzjoni ta' umilta', lezzjoni ta' purita', u lezzjoni ta'  karita', jew imhabba, s-sinjal ta' dawk kollha li jaghmlu parti mill-Knisja Mqaddsa.
 
IL-HASIL TAR-RIGLEJN
 
Wara l-Evangelju ssir ic-cerimonja tal-hasil tar-riglejn u f'dan l-intervall jitkantaw tmien antifoni jew inqas.  Fihom tigi kantata l-virtu' ta' l-Imhabba.  Fl-Antifona 6 nsibu: "Minn dan jaghrafkom kulhadd li intom dixxipli tieghi, jekk ghandkom l-imhabba lejn xulxin."  U fis-7 wahda: "Jibqghu fikom dawn it-tlieta: twemmin, tama u mhabba; imma l-akbar fosthom hija l-imhabba."  Izda fl-Antifona 8 naraw li permezz ta' l-imhabba biss nistghu ninghaqdu ma' Kristu: "Fejn hemm il-karita' u l-Imhabba, hemm ikun Alla.. u b'qalb safja nhobbu wiehed lill-iehor.. u f'nofsna (permezz ta' l-Imhabba) jibqa' Kristu Alla."
 
IL-PURCISSJONI
 
Wara il-hasil tar-riglejn, titkompla l-quddiesa bhas-soltu u fl-ahhar jinghad, Benedicamus Domino u l-Placeat, imma fil-quddiesa solenni tithalla barra l-barka u l-ahhar Evangelju. Ic-celebrant inehhi l-pjaneta u l-manipolu u jilbes kappa bajda ghat-trasport solenni tal-Pissidi bl-Ostji konsagrati li jkunu baqghu mit-tqarbina, sabiex jintrefghu ghat-tqarbina ghall-ghada fil-ghaxija.
 
Din il-pissidi tigi merfugha fil-kapsola ta' artal imzejjen apposta bid-damask ahmar li mproprjament huwa msejjah Sepulkru.  Nixtieq nerga' nfakkar li din ic-cerimonja tfakkar l-istituzzjoni ta' l-Ewkaristija u mhux id-difna ta' Gesu' li sa hawn ghadu lanqas biss huwa mejjet.  Sepulkru tfisser "qabar" - dan mhux qabar, imma l-Artal tal-ahhar Cena fejn titpogga l-Ewkaristija ghall-qima tal-insara.
 
Wara li jaduraw ghall-ftit hin, il-ministri jmorru fis-sagristija, inehhu l-ilbies abjad, jilbsu stola vjola u jmorru jnezzghu l-artali filwaqt li l-kor ikanta s-Salm 21, li huwa kollu profeziji li gew imsehha fil-Passjoni Mqaddsa ta' Kristu
 
By Alfred Grech

L-EWWEL QARI                              (Ez 12: 1-8.11-14)

Qari mill-Ktieb ta’ l-Ezodu

 

     Il-Mulej kellem lil Mosé u lil Aron fl-art ta’ l-Egittu u qalilhom: “Dan ix-xahar ikunilkom l-ewwel xahar tas-sena. Kellem lill-gemgha kollha ta’ Israel, u ghidilhom: Fil-ghaxra da’ dan ix-xahar kull wiehed minnkom jiehu haruf kull familja, wiehed kull dar. Jekk il-familja tkun zghira wisq biex tieklu kollu, wiehed jiehu l-haruf flimkien mal-gar tieghu, l-eqreb lejn daru, skond in-numru tan-nies; skond kemm kull wiehed jiflah jiekol, hekk tqisuh il-haruf.

     Il-haruf ikun bla tebgha, ragel ta’ sena. Tistghu tiehdu min-naghag jew mill-moghoz. Intom izzommuh sa l-erbatax ta’ dax-xahar, meta l-gemgha kollha ta’ dar Israel toqtlu filghaxija. Imbaghad jiehdu mid-demm tieghu u jroxxu fuq il-gnub u l-blata tal-bibien tad-djar fejn ikunu sa jikluh. F’dik il-lejla ghandhom jieklu l-laham mixwi, b’hobz bla hmira u b’haxix morr. U tikluh hekk: qaddejkom imhazzma, bil-qerq f’riglejkom u l-hatar f’idejkom, u tikluh bil-ghagla. Din hi l-moghdija tal-Mulej.

     Ghax f’dak il-lejl jiena nghaddi mill-art ta’ l-Egittu u nidrob ’il kull min hu l-ewwel fost l-imweldin fl-art ta’ l-Egittu, bnedmin u bhejjem, u naghmel haqq mill-allat kollha ta’ l-Egittu: jien hu Jahweh. Id-demm ikun bhala sinjal taghkom fuq id-djar fejn tkunu, u jien xhin nara d-demm nibqa’ ghaddej, u ebda marda ma tigi teqridkom meta jien nidrob l-art ta’ l-Egittu.

     Dak il-jum ikun ghalikom jum ta’ tifkira, u intom tharsuh bhala festa tal-Mulej; dan tissoktaw tharsuh bhala ligi ghaz-zminijiet kollha li gejjin.

L-EVANGELJU                                (Gw 13: 1-15)

Qari mill-Evangelju ta’ San Gwann

 

     Qabel il-festa tal-Ghid, billi kien jaf Gesù li waslet is-siegha tieghu biex jghaddi minn din id-dinja ghal ghand il-Missier, hu li kien habb ’il tieghu li kienu fid-dinja, habbhom ghall-ahhar.

     U waqt l-ikla, meta x-xitan kien digà webbel lil Guda ta’ Xmun l-Iskarjota biex jittradih, billi kien jaf Gesù li l-Missier tah kollox f’idejh, u li minn ghand Alla kien gie u ghand Alla kien sejjer, qam mill-ikla, nehha l-mantar minn fuqu, ha fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbaghad ferra’ l-ilma fiz-zingla, u beda jahsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.

     Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, tahsilli saqajja?” Gesù wiegeb u qallu: “Int ghalissa ma tafx x’qieghed naghmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem.” Qallu Pietru: “Ma jkun qatt li inti tahsilli saqajja!” Wiegbu Gesù: “Jekk ma nahslekx, ma ghandekx x’taqsam mieghi.” Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll.” Qallu Gesù: “Min hu mahsul, ma ghandux ghalfejn jinhasel, hlief saqajh, imma hu kollu kemm hu nadif. Intom ukoll indaf, izda mhux ilkoll.” Ghax hu kien jaf min kien sa jittradih; ghalhekk qal, “Mintomx ilkoll indaf.”

     Meta haslilhom saqajhom, libes il-mantar u rega’ qaghad fil-mejda, u qalilhom: “Tafu x’ghamiltilkom? Intom issejhuli ‘l-Imghallem’ u ‘il-Mulej’ u tghidu sewwa, ghax hekk jien. Mela jekk jien hsiltilkom saqajkom, jien, li jien il-Mulej u l-Imghallem, intom ukoll ghandkom tahslu saqajn xulxin. Ghax jien urejtkom x’ghandkom taghmlu, biex kif ghamilt jien, hekk taghmlu intom ukoll