Fost il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-kbra li johorgu fil-gzejjer taghna l-aktar wahda recenti hija dik tal parrocca ta Rahal Gdid. Sa l-1970 il-purcissjoni kienet issir b'zewg vari biss : dik tar-redentur u tad-duluri.Fl-1971 ,saru hames vari ohra provizorji ,b'mod li l-purcissjoni hadet ix-xehra tal-purcissjonijiet l-ohra li jsiru Malta
L-istatwi provizorji
L-istorja ta’ kif zdiedu l-vari tal-Gimgha l-Kbira f’Rahal Gdid fl-1971 hija tassew kurjura u kwazi umoristika.Kien Patri Amando Ballucci , li ta’ bniedem ingenjuz u dinamiku, ftiehem mal-kappillan biex jirrestwra statwa tal-marbut li kien hemm mitluqa f’garaxx tal-knisja.Mal-Marbut ,gietu idea li johloq statwi ohra.Beda jistaqsi u jfittex fejn seta’ jsib kurcifissi u statwi aktarx skartati jewimkissra.Fi zmien xahar, bil-ghajnuna ta’ Biaggio Galea, biddel minn hawn u immodifika minn hemm ,illappazza din u rranga l-ohra ,irnexxielu li ghall-purcissjoni ta; l-1971 ,ilesti mal-marbut ,il-vari tal-Porpra ,L-veronika ,l-vara l-Kbira u Kristu Mejjjet.Deher mill-ewwel li dawn kellhom ikunu vari temporanji ghalkemm il-vara ta’Kristu mejjet tant harget origanli ,li baqghet tittuza sal l-1990.
L-ewwel Statwa tal-marbut li kellu Rahal gdid illum tinsab fil-knisja ta St.Antin ta;Padova Ghajn Dwieli

Jihder li kien ir-Redentur ta' l-Isla li qanqal il-poplu ta' Rahal Gdid biex issir statwa ghal Knisja ta' Kristu Re.Li gara kien li matul il gwerra ,ir-Redentur ta' l-Isla ttiehed fil knisja ta Santa Liena B'Kara biex ikun aktar ghal kenn mill-attakki ta l-ajru. Meta fi tmiem il-gwerra ,gie biex jittiehed lura L-Isla ,ir-Redentur inzamm ghal tlitt ijiem fil -Knisja ta' Kristu Re ghal qima tal-Pawlisti .Il-Hadd fil-ghalixja f'pellegrinagg devot ir-Redentur ta' l-Isla halla l-Knisja ta' Kristu Re.Id-devozzjoni li dan ir-Redentur qajjem fil-parrocca kienet hekk kbira , li f'qasir zmien inhadem wiehed ghal Knisja. Hekk nistghu nghidu li Rahal Gdid kellu l-ewwel vara tal-Gimgha l-Kbira.
Sentejn wara l-ewwel purcissjoni go Rahal Gdid jigifieri fis-sena 1947 ,flimkien mar-Redentur bdiet tohtog ukoll l-istatwa tad-Duluri. Giet mahduma min Wistin Camilleri u hallasha is-Sur Emmanuel Buhagair li haden ukoll innicca taghha li fija ghadha tinzamm fil -knisja.Fid-dik is-sena id-Duluri kellha maghha anglu zghir ,izda s-sena ta wara ,dan inbidel ma statwa ta San Gwann.Ghal-erghaba u ghoxrin sena ,il-purcissjoni baqghat issir b'dawn iz-zewg statwi biss.Barra l-abbatini u c-celebrant kienu jiehdu sehem ukoll tfal bis-simboli tal-passjoni grupp ta'skwats quddiem ir-redentur kif ukoll il-banda De Paule.kienu jiehdu sehem ukoll numru ta nies li kienu jimxu wara l-istatwi tar-redentur u tad-duluri aktarx bhala weghda.