Il-Gimgha L-Kbira f'Rahal Gdid

l-Erbgħa, 25 ta' Frar , il-Knisja se tagħti bidu għar-Randan Imqaddes : 40 jum ta' talb u penitenza speċjali ta' tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tat-tifkira tal-Passjoni, tal-Mewt u tal-Qawmien mill-mewt ta' Sidna Ġesu'? Kristu. Fiż-żmien tar-Randan, b'mod speċjali, il-Knisja tħeġġeġ ħafna lill-membri tagħha għall-qari tal-Kelma ta' Alla u biex jieħdu sehem fl-Eżerċizzi Spiritwali. Bħala gwida dwar ċaħda personali u ta' karita', il-Konferenza Episkopali Maltija tqiegħed quddiem il-membri tal-Knisja għadd ta' opri tajba biex jagħżlu minn fosthom dawk li l-iktar jiswewlhom sagrifiċċju

RAS IR-RANDAN
 
Nhar l-Erbgha fuq Hadd il-Quinquagesima, il-Knisja ticcelebra Ras Ir-Randan, jigifieri l-bidu tar-Randan.  Gurnata qabel Ras ir-Randan, jigifieri fil-gurnata tat-Tlieta, jinharqu il-frieghi taz-Zebbug li jkunu gew imberkin f'Hadd il-Palm tas-Sena ta' qabel u jigbru l-irmied taghhom.  Dan jitbierek f'Ras ir-Randan filghodu u wara jitpogga fuq mohh l-Insara u jinghad il-kliem: "Memento homo, quia pulvis es et in pulverem reverteris - Ftakar, o bniedem, li trab int u trab trid terga' ssir".  Din ic-cerimonja tat-tqeghid ta' l-irmied bdiet issir fis-seklu XIII (Codex iur. canon., can. 1252, 2,3,4).
 
Fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet Hadd tar-Randan l-ilbies ikun vjola, filwaqt li fir-raba' Hadd ikun roza u dan isir biex il-Knisja tfakkarna li l-Ghid il-Kbir ikun fil-qrib u tistedinna biex nifirhu.