Il-Gimgha L-Kbira f'Rahal Gdid

KRISTU  FL-ORT

 

 

 

 

Naraw lil Kristu imhasseb u mifxul , b`anglu hdejh jikkonfortah. Xoghol fil-kartapesta minn M.Camilleri Caucji 2008.

 

IT-TRADIMENT  TA`  GUDA

 

Naraw lil Guda hdejn Kristu riesaq biex ibusu. Xoghol l-istatwarju Antonio Farrugia u tlestiet fis-sena 1972. Fl-1990 saru xi tibdiliet fil-pannegg u fl-irfinar ta` din il-vara. Ghas-sena 2007 hemm mahsub li tinbidel ma` ohra gdida.

 

 

KRISTU  MARBUT  MAl-KOLONNA

Naraw lil Kristu marbut ma` kolonna. jidher manigold b`idu l-leminija merfugha `l fuq f`atteggjament ta` min qed isawwat bil-herra. Xoghol sabih fil-kartapesta mill istatwarju Alfred Camilleri Cauchi fis-sena 2005

 

DETTAL  (Kristu marbut mal-kolonna)

 

KRISTU INKURUNAT BIX-XEWK  MA` PILATU

Vara sabiha li naraw lil Kristu bilwieqfa b`idejh marbutin b`qasba f`idu l-leminija. Xoghol gdid mill-iskultur Michael Camilleri Cauchi , u ser tizanzan ghal ewwel darba fil-Gimgha l-Kbira tas-sena 2007 

 

 

IR-REDENTUR

Naraw lil Kristu taht is-salib. Din kienet l-ewwel vara li saret filparrocca ta` Rahal Gdid, fl-1944. L-ewwel purcissjoni li saret tal-Gimgha l-Kbira , fl-1945 saret biss b`din il-vara. Inhadmet fil-kartapesta minn Antonio Farrugia.

 

 

DETTAL   (Ir-Redentur)

 

 

KRISTU  JILTAQA`  MAL-MADONNA

Tispikka d-drammaticita` qawwija fi driegh u f`id il-leminija ta` Kristu li fi sforz qawwi qed ifittex il-konfort ta` ommu. f`din il-vara naraw li s-salib huwa f`ghamla ta` zokk ta` sigra. inhadmet minn Alfred Camilleri Cauchi fl-1987

 

 

DETTAL  (Kristu jiltaqa` mal-Madonna)

 

 

IL-VERONIKA 

Statwa ohra li saret dan l-ahhar, fis-sena 2005 mill-istatwarju Michael Camilleri Cauchi. Barra l-figura tal-Veronika, wieqfa qed turi x-xbieha ta` Kristu fuq velu abjad, hemm ukoll mara Lhudija li, gharkubtejha u mistaghgba qed tindika wicc Kristu lil tfajjel.

 

 

DETTAL  (Il-Veronika)

 

 

IL-VARA  L-KBIRA

 

 

F1din il-vara jiddomina l-kurcifissli bis-salib ilahhaq is-sitt meri u nofs meta jingar fuq l-ispalla. Fuq in-naha tal-lemin naraw bilwiqfa l-Madonna , waqt li fuq ix-xellug naraw lil San Gwann l-Evangelista u Marija Madalena gharkubtejha taht is-salib. Inhademet fis-sena 2002 minn Michael Camilleri Cauchi

 

ID-DIFNA

Wahda mill-aqwa statwi li insibu f`Malta u kapolavur mill-artist bravu Alfred Camilleri Cauchi. Statwa li tirraprezenta waqt id-difna ta` Gesu meta Guzeppi minn Arimatea, Nikodemu u San Gwann qeghdin iqieghdu l-gisem ta` kristu f`postu fil-qabar. Jolqtok hafna l-moviment tassew qawwi u drammatiku li jigri fit-tliet figuri li qed iqandlu gisem Kristu ghal gol qabar. Inhadmet fis-sena 1990

 

DETTAL  (Id-Difna)

 

 

ID-DULURI

 

Naraw lil Marija Addolorata imnikkta u Gwanni wieqaf hdejha. Mahduma mill-istatwarju maghruf Wistin Camilleri fl-1947. Originarjament, din l-istatwa kellha maghha anglu ckejken, izda inbidel ma San Gwann, xoghol ta Renzo Gauci.