Il-Gimgha L-Kbira f'Rahal Gdid

Hallelujah

Il-kant ta’ l-“Hallelujah” il-lum jikser is-skiet li hakem il-qalb taghna wara li nhar il-Gimgha ghexna mill-gdid il-misteru tal-passjoni, il-mewt u d-difna tal-Mulej taghna. Bl-“Hallelujah” qalbna tifrah mill-gdid ghax Gesù, li miet u difnuh, fit-tielet jum Qam minn bejn l-imwiet – kif nistqarru fil-kredu.
 

Dan hu l-misteru tal-fidi taghna! Bil-kant ta’ l-“Hallelujah” ahna “inhabbru l-mewt tieghek, Mulej, inxandru bil-ferh il-qawmien tieghek...!” Li kieku Kristu ma qamx mill-mewt fiergha kienet tkun il-fidi taghna. Imma Kristu qam tassew mill-mewt! L-Anglu li kien hdejn il-qabar vojt stqarr: “Qam; mhux hawn!”

Kif seta’ jibqa’ rieqed ir-raqda tal-mewt dak li gie biex jaghtina il-hajja u l-hajja bil-kotra? Kif seta’ jibqa’ fid-dlam ta’ dak il-qabar Gesù li hu d-Dawl tad-dinja u gie biex jaghtina d-dawl? Kif seta’ jibqa’ mjassar dak li gie biex jaghtina r-rebha fuq il-hazen? Kif seta’ jibqa’ fis-skiet dak li qal: “Jien hu il-Qawmien u l-Hajja”?
 

Iva, inkantaw l-“Hallelujah” ghax Kristu qam u ahna rxoxtajna mieghu! Issa l-qabar tieghu huwa vojt ghax Gesù jrid jghix fostna u f’qalbna. Il-blandun li nxteghel bin-nar il-gdid il-lejl li ghadda sa jibqa’ jinxteghel fic-celebrazzjonijiet liturgici bhala sinjal li Kristu ghadu u jrid jibqa’ fostna.
 

It-tislima ta’ Kristu rxoxt hija: “Il-Paci maghkom!” Din it-tislima hija r-rigal tal-paci li Gesù ta meta deher lid-dixxipli dak in-nhar tal-Qawmien tieghu. L-istess paci Gesù jrid jaghtih lilna. Hija l-paci li biha rega’ habbeb il-midneb: lili u lilek, ma’ Alla l-Missier. Ejjew ninfethu ahna wkoll u nhallu l-Paci ta’ Kristu rxoxt timla l-qalb taghna. Nghozzu dan ir-rigal ta’ paci biex nkunu nistghu nghixu fil-paci, jigifieri fl-armonija ma’ Alla, f’armonija maghna nfusna u f’armonija ma’ dawk ta’ madwarna. U hekk il-kant ta’ l-“Hallelujah” li nkantaw ikollha tifsir u sens tassew! “Il-Paci ta’ Kristu Rxoxt tkun maghkom ilkoll

 

Nhar Jum l-Ghd il-Kbir, Rahal Gdid iccelebra bil-kbir din il-festa. Fid-9am fegghet l-istatwa artistika fil-bieb principali fost ic-capcip u d-daqq tal-qniepen u tixjir tal-palm . Il-Purcissjoni ferrihija daret mat-toroq principali u xi waqtiet saret il-girja tradizzjonali bl-istatwa. Fid-dhul tal-Purcissjoni, it-tfal ingabru fuq iz-zuntier biex tigi imbierka l-figolla.

 

Qari mill-Evangelju ta’ San Gwann                                                                (20: 1-9)

Kien l-ewwel jum tal-gimgha, filghodu kmieni kif kien ghadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala giet hdejn il-qabar u rat il-blata mnehhija mill-qabar.  Ghalhekk telqet tigri ghand Xmun Pietru u ghand id-dixxiplu l-iehor il-mahbub ta’ Gesu’, u qaltilhom: “Qalghu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qeghduh.”

Pietru u d-dixxiplu l-iehor hargu u gew hdejn il-qabar.  It-tnejn grew flimkien, imma d-dixxiplu l-iehor haffef aktar minn Pietru, u lahaq qablu hdejn il-qabar.  Tbaxxa, u ra l-faxex tal-ghazel mixhutin hemm, izda ma dahalx.  Imbaghad wasal warajh Xmun Pietru, dahal fil-qabar, u ra l-faxex tal-ghazel mixhutin, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mgezwer u mixhut ghalih.

Imbaghad id-dixxiplu l-iehor, li kien wasal l-ewwel hdejn il-qabar, dahal hu wkoll, ra, u emmen.

Sa dak in-nhar kienu ghadhom ma fehmux l-Iskrittura li kienet tghid li kellu jqum mill-imwiet.