Il-Gimgha L-Kbira f'Rahal Gdid

   

 

 

Wieħed mill-aktar kotba li qatt impressjonawni kien dak li kiteb wieħed tabib Franċiż, Dr. Barbet, jismu:

 

“Il-Passjoni ta’ Ġesù Kristu Skond it-Tabib”

 

 


 

 (Minn Alfred Grech)

 

“Jekk hawn xi ħadd li huwa magħruf bħala bniedem bla qalb,” jgħid Dr. Barbet, “dana huwa t-tabib.  Iżda għalkemm nikkumbattu ħafna biex nuru rwieħna hekk, xorta waħda tibqa’ ħajja ġo qalbna l-ħniena, anzi tikber dejjem iżjed meta jgħaddu s-snin.  Meta tabib jaħseb u jimmedita fuq il-Passjoni, jistudja sewwa ż-żmien u ċ-ċirkostanzi fiżjoloġiċi u jipprova jibni metodikament il-punti ta’ dan il-martirju li dam sejjer lejl u ġurnata, jista’ iżjed mill-aqwa predikatur u mill-aqwa qaddis jieħu parti fis-sofferenzi ta’ Kristu.  Ngħid għalija, jien wasalt biex ma naħsibx iżjed fiha.”

 

 

“Jekk jaqbiżli d-dmugħ qabel ma nispiċċa”, jgħidilna Dr. Barbet, “agħmel bħali mingħajr mistħija; dak ikun ifisser li tkun fhimt.”

 

 

“Proprjament il-passjoni tibda fit-twelid ta’ Ġesù. Huwa nfatti, billi kien jaf kollox, kien dejjem jaf u dejjem ried it-tbatijiet li kienu qegħdin jistennewh fl-aħħar ta’ ħajtu.  Nistgħu naħsbu xi jħoss dak il-bniedem li jkun jaf bl-eżatt il-martirju illi għandu jgħaddi minnu!

 

 

 

L-GĦARAQ TAD-DEMM

 

Fil-Ġnien tal-Ġetsemani, mela, mhux il-Passjoni tibda, iżda s-sagrifiċċju.  Il-ħsieb terribli li ftit ħin ieħor ser jibda sofferenzi kbar ibeżżgħuh.

 

 Il-ġlieda hija tal-biża’ u San Luqa, li kien tabib, qalilna fl-Evanġelju: “U sar l-għaraq Tiegħu bħal qatriet tad-demm nieżel mal-art(XXII, 44).  San Luqa bħala tabib kien jaf xi tfisser tegħreq l-għaraq tad-demm u għalhekk ir-rakkontaha. L-għaraq tad-demm, jew “ematoidrosi“ (ematoidrosi), huwa fenomenu rarissimu. Dr. Le Bec jgħid illi dan jiġi f’kundizzjonijiet partikularissimi: ċaqlieqa fiżika, akkompanjata minn xokk morali li jiġi minħabba f’xi niket jew biża’ kbir.  U din hija dik illi San Luqa jsejjaħ “agonia” (agonia), li bil-Grieg tfisser, “ġlieda”.

 

Din il-kwalità ta’ niket u biża’ jik- kaġunaw il-ksur tal-vini finissimi li qegħdin fir-ras taħt il-pori tal-għaraq.  Id-demm jitħallat mal-għaraq, jinġabru u jinżlu mal-ġisem kollu sakemm jasal fl-art.  Din il-kundizzjoni tagħmel il-ġisem kollu fraġli; u nistgħu naħsbu x’għamlulu d-daqqiet tal-flaġellazzjoni aktar tard.

 

Wara li jaqbduh fil-Ġnien taż-Żeb-buġ, Ġesù jiġi meħud quddiem Kajfa u s-Sinedriju u wara jiġi mkaxkar ġo xi kantina fejn ir-Rumani qattgħu lejl jiżżuffjettaw bih u jagħtuh bil-ponn u l-ħartiet.

 

IL-FLAĠELLAZZJONI

 

Nafuha il-farsa ta’ proċess mingħand Kajfa għal għand Pilatu u l-logħba tal-Prokuratur Ruman u Erodi.  Iżda l-vilta’ ta’ Pilatu u l-biża’ li jitlef il-post, iġagħaluh jieħu d-deċiżżjoni drammatika u illoġika: il-flaġellazzjoni.

 

Is-suldati Rumani jieħdu lil Ġesù fil-bitħa tal-Pretorju, jneżżgħuh u jorbtuħ mill-polzijiet ma’ kolonna b-idejħ fil-għoli.  Strixxi tal-ġild oħxon b’żewġ biċċiet ċomb fit-tarf iservu għall-flaġellazzjoni.  Id-daqqiet ġejjin minn żewġ naħat.  Għall-ewwel jidhru biss tbenġiliet blu taħt il-ġilda, li issa saret tant sensibbli speċjalment wara l-emorraġġiji fil-Ġnien taż-Żebbuġ iżda wara ftit it-tbenġiliet malajr jinfetħu u biċċiet tal-ġilda jaqbdu maċ-ċomb u oħrajn jiddendlu ma’ Ġisem Kristu.  Il-forza tal-Priġunier Divin tonqos, għaraq kiesaħ ixoqq fuq ġbinu, rasu ddur bih, riġlejħ iċedu, u li kieku ma kienx marbut, kien jaqa’ fl-għadira tad-demm li kien hemm madwaru.

 

L-INKURUNAZZJONI

 

It-tieni att tad-dramm beda bl-inkurunazzjoni.  Ipoġġu ‘l Kristu bil- qegħda fuq il-pedestall ta’ kolonna u fuq spalltu jqegħdu mantell aħmar qadim biex taparsi re, u bħala xettru jatuh biċċa qasba. Kull ma kien jonqsu biex ikun re hija kuruna.  Fir-rokna kien hemm koċċ zkuk u ħaxix u fosthom anki xi zkuk bix-xewk iebes.  Jinsġu speċi ta’ qiegħ ta’ kannestru u jpoġġuhulu fuq rasu.

 

Ix-xewk jidħol fil-qurriegħa u f’moħħu u d-demm joħroġ bħal xmara (it-tobba biss jafu kemm joħroġ demm mill-ġilda tar-ras).  Ix-xagħar imħabbel u l-leħja mimlija demm iċarċar, u sadattant bdew jgħadduh biż-żmien u jagħtuh bix-xettru li kellu f’idejħ u bil-ħartiet.

 

Iżda issa, qed nilmaħ daqqa kbira ta’ bastun fuq ħaddejh u mnieħru u tant hi b’saħħitha li sfigurat l-imnieħer kbir Tiegħu semitiku.

 

LEJN IL-KALVARJU

 

Ineħħu bil-herra l-mantell li kien diġa’ weħel ma’ spalltu u wara li jerġgħu jagħtuh ħwejġu, ilestu għall-Kalvarju.  Is-salib lest; jaqbdu Huwa stess fuq l-ispalla leminija u, b’saqajħ ħafjin u l-ħbula ma’ qaddu, jibda t-triq kollha ġebel lejn il-quċċata tal-għolja.  Ġesù mhux is-salib kollu kellu jġorr imma l-

parti l-minduda li kienet tissejjaħ il-“patibulum”.  Iz-zokk il-wieqaf, li “stipes” kien diġa’ fuq il-Kalvarju.

 

Fortunatament, it-triq ma tantx hija twila, u Ġesù, bi tbatija kbira jitfa’ sieq quddiem l-oħra u spiss jitfixkel u jaqa’ fuq irkopptejh, li fi ftit ħin isirulu pjaga waħda.  Dak it-travu, dejjem ibbilanċjat fuq spalltu, jagħmmillu ferita fonda.  Jaqa’ mill-ġdid, din id-darba għal wiċċu fl-art.  Mal-waqgħa, it-travu jitgerbeb għal fuq dahru mimli feriti tal-flaġellazzjoni u s-suldati jibżgħu li jmutilhom mat-triq; u għalhekk qabbdu wieħed raħħal biex jgħinu hu.

 

Bit-tqanżieħ jaslu fuq il-quċċata.  Ġesù jintelaq fl-art u l-kruċifissjoni tibda.  M’hemm xejn diffiċli; il-bojja jafha sew is-sengħa tiegħu.  Ineżżgħuh il-libsa li hija kollha m-waħħla mal-feriti u d-demm jerġa’ jċarċar.  Turment tal-biża’ jiġri ma’ ġismu kollu.  Il-feriti jintlew bit-trab, ikaxkruh għal ħdejn li “stipes” (il-biċċa l-wieqfa tas-Salib) u jiftħulu dirgħajh fuq il-patibulum”.  Il-bojja jaqbad musmar oħxon 8 mm., ipoġġiħ fuq il-polz u, b’daqqa waħda bil-martell oħxon tiegħu, iħawwlu ġo l-injama.  Daqqa oħra u l-musmar ġewwa.

 

UĠIEGĦ INSAPPORTABBLI

 

Il-wiċċ ta’ Kristu jieħu dehra tal-biża’; sebgħu l-kbir intlewa f’daqqa lejn in-naħa tal-palma tal-id; il-musmar miss in-nerv.  Uġiegħ tal-għaġeb inħass ġo subgħajh, tela’ jiġri ġo spalltu u baqa għaddej għal ġo rasu.  Dan huwa l-iżjed uġiegħ insapportabbli li wieħed jista’ jħoss.  In-nerv ma nqatax għal kollox imma baqa’ f’kuntatt mal-musmar u fuq dan, minn hawn u ftit ieħor ser ikun il-piż kollu ta’ Ġismu li mill-anqas dam tliet siegħat.  Id-driegħ l-ieħor jiġi miġbud u mtawwal minn dak li qiegħed jgħin lill-bojja; l-istess xogħol jirrepeti ruħu, l-istess tbatijiet jiġġeddu.

 

 

Hawnhekk tnejn min-nies jaqbdu l-“patibulum” li miegħu hemm imsammrin idejn Kristu u jgħolluh. Ġesù jiġi bil-qegħda u mbagħad bil-wieqfa.  Jorbtu ħabel minn nofsu u jtellgħuh ma’ li “stipes” li ma tantx huwa għoli.  Jingastawh fil-post u l-Ġisem ta’ Kristu jibqa’ mdendel biss fuq dirgħajh. In-nervituri jieħdu skoss qawwi u Ġesù hawnhekk jinsab f’wieħed mill-agħar mumenti tal-Passjoni.

 

Malli jorbtu sewwa fuq, imorru biex isammrulu saqajħ.  Is-sieq tax-xellug titpoġġa ċatta fuq is-salib u b’daqqa ta’ martell il-musmar jgħaddi bejn l-għadmiet.  Dak li kien qed jgħin, jilwi l-irkoppa l-oħra u l-bojja jpoġġi s-sieq ix-xellugija quddiem il-leminija.  Jiġu miżmuma minn ieħor, u bit-tieni daqqa jsammarhom it-tnejn mas-salib.

 

 

IL-QTUGĦ TAN-NIFS TERRIBBLI

 

Ix-xoffa t'isfel tinsab imdendla u ħalqu nofsu miftuh.  Xejn ma ħa mill-bieraħ.  Issa għandu l-għatx.  Demmu spiċċa kważi kollu.  Wieħed suldat iċappas sponża bil-ħall u per mezz ta' qasba jagħmilhielu ma' ħalqu.

 

Wara ftit tal-ħin jidher fenomenu stramb. Il-muskoli ta' driegħu jin- ġibdu, subgħajh il-kbar jitgħawwġu.  L-istess ħaġa tiġri f'saqajh .  Għonqu qisu jitgħawweġ, wiċċu jikrieħ. In-nifs qiegħed jonqos, u mal-ftit arja li tidħol tinstema' t-tisfira ta' mnifsejh.  L-arja tidħol imma ma' tistax toħroġ.  Wiċċu jsir aħmar u mbagħad jinbidel għal vjola. Għandu qtugħ ta' nifs, qiegħed jifga'. Il-pulmuni, minfuħin bl-arja, ma jistgħux jitbattlu.  Ixoqq il-għaraq għalih u għajnejh jitberrqu u jaqbżu 'l barra.

 

Imma x'jiġri? Bil-mod il-mod, jagħfas bi sforz kbir fuq il-musmar ta' saqajh, jipprova jagħmel ftit tas-saħħa, jinġibed il-fuq, jintrefa', u jiżvojtja l-pulmuni min-nifs u jerġa' mill-ġdid jieħu l-kulur safrani ta' qabel.... Għalfejn dan l-isforz kollu?  Għax irid  ikellimna:  "Missier, aħfrilhom..."

 

Wara ftit, jerġa' jonqoslu n-nifs. U kull darba li jitkellem (u mill-anqas tkellem seba' darbiet, kull darba li jrid jieħu n-nifs irid iqum dritt fuq il-musmar ta' saqajh. U dan għal tliet siegħat sħaħ.

 

 

IL-ĠLIEDA TAL-AĦĦAR

 

Partita dubbien aħdar jidhru mall-Ġisem Tiegħu kollu joqorsulu l-pjagi u jerdgħulu d-demm.  Wara ftit is-sema jiddallam, ix-xemx tistaħba u t-temperatura  titbaxxa.  Minn hawn u ftit ieħor idoqqu t-tlieta. Ġesu' dejjem jikkumbatti.  It-tbatijiet kollha, l-għatx il-qtugħ  tan-nifs,    il-ġbid tan-nervituri.   Ma'  jġagħluhx  jokrob  karba. 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IL-GIMGHA L-KBIRA

Tifkira Solenni tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej

Obbligu tas-Sawm u ma jiswiex ikel ta’ Laham (Astinenza)

7.30am             Talb Komunitarju ta’ Sbieh il-Jum

8.30 u 9.45am  Vizti Organizzati lill-Altar tar-Repozizzjoni

3.00pm             Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej.

                        Qari tar-Rakkont tal-Passjoni; Adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin

5.00pm             Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira li tghaddi mill-Pjazza; Triq Sammat;                   

                         Triq Lampuka; Triq Zabbar; Triq Schrieber; Triq San Gorg;

                         Triq San Guzepp; Triq Mater Boni Consilii; Triq Bormla u l-Pjazza.                  

                         Waqt il-hrug tal-Purcissjoni jsir kummentarju ma’ kull Vara.   Tiehu               

                         sehem ukoll il-Banda Kristu Re li tesegwixxi Marci Funebri