Nikk
Nikkunsidraw fl-ewwel stazzjon meta Sidna Gesu Kristu’ kien ikkundannat ghall-mewt bla htija.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tad-disprezz li ghamlulek u ghall-umilta’ Tieghek li ridt tircievi s-sentenza tal-mewt, tirxoxta r-ruh taghna mill-mewt tad-dnub u tehlisna mill-qilla tal-haqq Tieghek.
Missierna…, Sliema…, Glorja….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l-mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna
Nikkunsidraw fit-tieni stazzjon, meta lil Sidna Gesu’ pprezentawlu s-Salib u Gesu’ ghall-imhabba li jgibilna accettah bil-hlewwa.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ dan l-istazzjon, aghtina l-grazzja li naccettaw bil-ferh l-hemm u s-slaleb li tibghatilna marbutin mal-volonta’ Tieghek.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna
Nikkunsidraw fit-tielet stazzjon, meta Sidna Gesu’ kien tiela’ l-Kalvarju u waqa’ ghall-ewwel darba ghal wiccu fl-art taht is-salib.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-ewwel waqa’ Tieghek, aghtina l-grazzja li qatt ma naqghu fl-ebda dnub mejjet u lanqas venjal ghal ta’ l-apposta.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna
Nikkunsidraw fir-raba’ stazzjon, meta Sidna Gesu’ kien tiela’ l-Kalvarju u ltaqa’ ma’ Ommu Marija Santissima u l-Lhud b’kefrija kbira ferrquhom minn xulxin.
Nitolbuk Gesu’, ghal dan id-dulur, aghtina l-grazzja li gurnata maghkom niltaqghu fil-glorja tal-Genna.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna
Nikkunsidraw fil-hames stazzjon, meta Sidna Gesu kien tiela l-Kalvarju u gie mghejjun minn Xmun ic-Cirinew jerfa’ s-salib.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ dan il-vjagg ta’ tant tbatija, aghtina l-ghajnuna biex nghaddu ’l quddiem fil-ghemil it-tajjeb u fih nipperseveraw sa l-ahhar.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna
Nikkunsidraw fis-sitt stazzjon meta Sidna Gesu Kristu’ kien tiela l-Kalvarju u ltaqa’ mal-Veronika, li resqet ixxuttat il-Wicc Imqaddes Tieghu, u Gesu’ halla x-xbiha Tieghu fil-velu taghha ghat-tifkira taghna.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-gharaq u d-demm Tieghek, stampa f’qalbna l-passjoni u l-mewt Tieghek, biex ikollna l-qawwa li neghlbu l-ghedewwa kollha taghna.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
Nikkunsidraw fis-seba’ stazzjon meta Sidna Gesu’ kien tiela’ l-Kalvarju u waqa’ ghat-tieni darba ghal wiccu fl-art taht is-salib.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tat-tbatija li batejt that is-salib, aghtina l-grazzja li dejjem nohorgu rebbehin mit-tigrif kollu tal-gisem, tad-dinja u tal-ghadu bhalma weghdniek fil-maghmudija
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna
Nikkunsidraw fit-tmin stazzjon meta Sidna Gesu Kristu’ kien tiela’ l-Kalvarju u ltaqa’ man-nisa ta’ Gerusalemm u kif bdew jithasruh u jibkuh, Gesu’ qalilhom: “La tibkux lili, ibku lilkom u ’l uliedkom”.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ din il-mohqrija li siltet id-dmugh, aghtina l-grazzja li nibku l-izbalji taghna ta’ l-imghoddi u ghal li gej nghixu hajja li biha naghtu gost u glorja Lilek.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina. Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
Nikkunsidraw fid-disa’ stazzjon, meta Sidna Gesu’ kien tiela l-Kalvarju u waqa’ ghat-tielet darba, ghal wiccu fl-art taht is-salib.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tad-debulizza li garrabt that is-salib, ikkonfortana fid-debulizzi taghna u aghtina l-grazzja li qatt ma nzidu noffenduk.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
Nikkunsidraw fl-ghaxar stazzjon meta Sidna Gesu wasal fuq il-Kalvarju u l-Lhud qabdu fih u nezzghuh il-libsa li kienet imwahhla mal-pjagi tal-gisem imqaddes Tieghu.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ din it-tbatija, nezzghana mill-frugha, mill-imhabba hazina taghna nfusna u mill-pjaciri tad-dinja u libbisna bl-umilta’ u bil-qdusija.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
Nikkunsidraw fil-hdax-il stazzjon meta lil Sidna Gesu’ kkmandawh jimtedd fuq is-salib u Gesu’ obda sakemm sammruh bl-imsiemer ghal dnubietna.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-ubbidjenza Tieghek, aghtina l-grazzja li nkunu dejjem ubbidjenti f’dak kollu li hu ghall-glorja Tieghek.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
Nikkunsidraw fit-tnax-il stazzjon, meta Sidna Gesu’ ghollewh mislub bejn zewg hallelin u wara tliet sighat ta’ agunija Gesu’ miet fuq is-salib.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-agunija u l-mewt Tieghek, aghtina l-grazzja li mmutu ghad-dinja u ghalina nfusna biex inkunu kollna Tieghek u naghmlu mewta tajba bhalma ghamel il-halliel it-tajjeb.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja …….
Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nadurawk o Gesu u nberkuk ghax b’salibek u l-mewt Tieghek inti fdejtna.
Nikkunsidraw fit-tlettax-il stazzjon, meta lil Sidna Gesu’ nizzluh mis-salib u qeghduh fil-hdan ta’ Ommu Marija Santissima.
Nitolbuk Marija Santissima, ghall-merti tad-duluri Tieghek, itlob ghalina u aqlghalna s-soghba u l-indiema perfetta ta’ dnubietna u l-perseveranza sa l-ahhar fil-grazzja ta’ Ibnek Gesu’.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.
Nikkunsidraw fl-erbatax-il stazzjon, meta lil Sidna Gesu’ haduh mill-hdan ta’ Ommu Marija Santissima u difnuh f’qabar gdid.
Nitolbuk Gesu’, ghall-merti tal-mewt u d-difna Tieghek, aghtina l-grazzja li ngeddu hajja gdida b’qalb safja u sinciera u li spiss nircevuk Sagramentalment fis-sider taghna biex ruhna dejjem tghix fil-grazzja Tieghek.
Missierna …. , Sliema ……. , Glorja ……. Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Gesu’. Mulejja henn ghalina u l- mahfra ta’ dnubietna aghtina.